PARROCCA SANT' ANDRIJA

Progetti Godda u Restawr

Is-swali tal-knisja

F'Novembru 2009 gie inawgurat il-Muzew Parrokkjalii l-gdid mill-Wisq Rev. Kappillan Dun Karm Camilleri, wara tant xoghol u hidma li sarett f'dawn l-ahhar xhur sabiex ix-xoghol kollu ppjanat jitlesta ghall-gheluq tat-375 anniversarju tal-parrocca

Aghafas Hawn ghal aktar dettalji

 

 

Nhar l-Erbgha 22 ta' Lulju 2009 inghata bidu ghax-xoghol fuq iz-zewg soqfa tas-swali tal-knisja li gew certifikati bhala perikoluzi mill-periti tal-Kurja.  Dan ix-xoghol gie fdat f'idejn il-kuntrattur Halluqi Henry Galea u l-bierah intrama scaffolding apposta sabiex ikunu rinforzati dawn is-soqfa kif ukoll ikun jista' jibda x-xoghol biex jinhattu u jsiru mill-gdid. 

Dawn is-soqfa kellhom hsara kbira fil-konkos kif ukoll fil-hadid taghhom u ghalhekk kien hemm il-periklu li jistghu jiggarfu.  F'dawn is-swali jinzammu diversi opri artistici li ghandha l-parrocca fosthom lo-armar tal-festa ta' Sant' Andrija, tal-Gimgha l-Kbira u festi ohra ta' matul is-sena.  Fil-fatt, wara l-festa l-armar kollu li qabel kien jinzamm f'dawn is-swali instablu post iehor temporanju filwaqt li l-affarijiet l-ohra tnehhew ukoll matul il-gimgha li ghaddiet.

Fis-sala ta' fuq is-sagristija hemm il-hsieb li aktar tard din is-sena jsir muzew sabiex matul is-snin li gejjin jigu esebiti diversi oggetti antiki li m'ghadhomx jintuzaw izda li jistghu jitgawdew mill-poplu kollu fil-jiem tal-festa.

Inheggu fl-ahharnett lilkom sabiex tkomplu taghtu d-donazzjonijiet taghkom b'risq dan il-progett.

 

Fil-gimghat li ghaddew tlesta s-saqaf tas-Sala li hemm fuq is-sagristija.  F'din is-sala hu mistenni li aktar tard din is-sena jkun inawgurat muzew li se jkun jinkludi oggetti antiki u materjal iehor marbut ma' l-istorja tal-parrocca.  Dan is-saqaf sar bil-planki filwaqt li inghata l-qatran u sar il-kontrabejt.

Fil-bidu t’Awissu nbeda wkoll ix-xoghol fuq is-saqaf li hemm fuq is-sagristija l-qadima.  Il-volontiera tal-knisja hadu hsieb inehhu l-armar kollu li jintrefa f'din is-sala u issa tpogga f'diversi postijiet sakemm ikun lest ix-xoghol kollu.  Kien armat scaffolding apposta biex jintrifed is-saqaf tas-sagristija l-qadima kif ukoll biex il-materjal jaqa' fuqu.  Bhalissa ghaddej ix-xoghol tat-tnehhija tal-kontrabejt l-antik qabel ma jkun jista jibda jinhatt is-saqaf u jitnehha l-hadid li hemm fih.  Fil-jiem li gejjin se jkunu qed jitpoggew il-planki biex wara jinghata kontrabejt gdid u hekk dan il-progett ta' manutenzjoni jkun tlesta wkoll. Ix-xoghol qed isir mill-kuntrattur Halluqi Henry Galea.

Lejn l-ahhar t'Awwissu, ix-xoghol fuq is-soqfa tas-swali kien jinsab fi stadju avvanzat hafna, tant li bhal issa ghaddej ix-xoghol fuq it-tkahhil tal-fili u xoghol relatat iehor sabiex dan il-progett ta' manutenzjoni ikun lest minn kollox.  Grazzi lil dawk kollha li taw il-kontribut taghhom sabiex b'hekk stajna nkomplu b'din il-manutenzjoni mehtiega.

Hajr lil Joseph u Luke Grima tar-ritratti

 

Matul ix-xahar ta' Settembru tkompla x-xoghol fis-sala ta' fuq is-sagristija ta' Triq id-9 t'April sabiex din tkun tista' sservi bhala muzew parrokkjali.  Bhal issa ghaddej xoghol fuq il-fili u modifikazzjoni ta' l-istess sala sabiex tilqa' fiha ghadd ta' oggetti antiki li kellha l-parrocca tul is-snin.

Ix-xoghol fuq il-muzew parrokkjali baqa' ghaddej b'rittmu mghaggel, u issa jinsab fl-ahhar fazijiet tieghu.  Diversi voluntiera tal-knisja qed jaghtu l-ghajnuna taghhom sabiex il-kamra tigi mizbugha, jigi mghoddi d-dawl elettriku u jsir ix-xoghol kollu mehtieg sabiex din is-sala titlesta f'Novembru.